DIRETTUR

Katia Caruana

KATIA CARUANA

B. Comms (Hons); M. GT.

Direttur

Dipartiment tal-Ġustizzja

Katia Caruana bdiet il-karriera tagħha fis-Servizz Pubbliku fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika u hemmhekk kellha diversi rwoli amministrattivi. Imbagħad serviet għal tlettax-il sena fl-Uffiċċju tal-Prim Imħallef u President tal-Qorti Kostituzzjonali tamministra s-Segretarjat tal-Prim Imħallef, fejn kisbet esperjenza profonda u ta’ għarfien dwar l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u l-proċedura tal-qorti. Studjat oqsma tal-liġi u l-midja tal-komunikazzjoni flimkien ma’ xjenzi umanistiċi u soċjali oħra. Hija għandha Grad ta' Baċellerat bl-Unuri u Grad ta' Masters. Hija bdiet isservi bħala Direttur għad-Dipartiment tal-Ġustizzja mill-2015.