IL-MISSJONI TAGĦNA

Il-missjoni tad-Dipartiment tal-Ġustizzja hija biex jikkoordina, jappoġġa u jissorvelja l-funzjonijiet ta' numru ta' oqsma fis-settur tal-ġustizzja fi ħdan il-mandat tad-Dipartiment tal-Ġustizzja.

L-Għanijiet tad-Dipartiment huma:

  • li jipprovdi appoġġ u pariri lill-Ministeru responsabbli għall-Ġustizzja dwar materji li għandhom x’jaqsmu ma’ affarijiet tal-ġustizzja;
  • li jipprovdi servizzi ta’ appoġġ lil entitajiet fis-sistema ġudizzjarja;
  • li jiġbor u jżomm reġistru aġġornat ta’ persuni interessati li jservu bħala esperti tal-qorti;
  • li jipproċessa applikazzjonijiet taħt obbligi statutorji u mhux statutorji;
  • li jikkoordina dwar kwistjonijiet relatati mal-appoġġ lill-vittmi tal-kriminalità;
  • li jikkollabora ma’ xi kummissjoni, tribunal, dipartiment jew entità oħra dwar materji li għandhom x’jaqsmu mal-ġustizzja;
  • li jiffaċilita l-ħatra jew il-ħatra mill-ġdid ta’ Presidenti u Membri fuq Bordijiet u Tribunali relatati mas-settur tal-ġustizzja;
  • li jmexxi l-implimentazzjoni ta’ proġetti u inizjattivi lokali u tal-UE li jaqgħu taħt il-kompetenza tad-Dipartiment; 
  • li jipproponi u jibda proġetti biex itejjeb l-effiċjenza u l-kwalità tas-sistema ġudizzjarja.