FAQs

Iva, wieħed jista’ japplika billi jaċċessa din il-ħolqa.

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7:30 sa 12:00, u mill-12:15 sas-14:15. Is-Sibt, mit-8:15 sa 12:00

Ġib miegħek il-Karta tal-Identità valida jew il-Passaport validu.

Iva, però għandek timla l-formola tal-awtorizzazzjoni liema formola tista’ titniżżel billi tagħfas din il-ħolqa. Importanti li l-individwu li ser jiġbor iċ-ċertifikat f’ismek jippreżenta dokument tal-identità validu tiegħu kif ukoll kopja ta’ dokument tal-identità validu tiegħek.

Għall-applikanti b’indirizz lokali, Formola A tintbagħatlek bil-posta regolari/reġistrata filwaqt li Formola B tintbagħat lura għall-kunsens tat-twassil. Hu mistenni li l-applikant jirċievi ċ-Ċertifikat tal-Kondotta fi żmien ħames-il jum ta’ xogħol. Għal applikanti b’indirizz barrani, Formola A/B tintbagħatlek bil-posta reġistrata. Huwa mistenni li ċ-Ċertifikat tal-Kondotta jiġi pproċessat fi żmien ħames-il jum.

L-Uffiċċju tal-Kondotti jinsab Numru 18, Triq is-Suq, Il-Furjana