Jekk ma tistax tmur personalment fl-Uffiċċju tal-Kondotti u Rekords Kriminali biex tikseb iċ-Ċertifikat tal-Kondotta tiegħek, tista’ tapplika onlajn minn www.kondotti.gov.mt jew tista’ tawtorizza lil xi ħaddieħor biex imur personalment f’ismek fl-Uffiċċju tal-Kondotti u Rekords Kriminali. Tista’ tagħmel dan billi:

  • Lokali
    1. Niżżel u imla l-Formola ta’ Awtorizzazzjoni.
    2. Kun żgur li l-persuna li qed tikkmanda f’ismek għandha Dokument tal-Identifikazzjoni valida tagħha u kopja tad-Dokument tal-Identifikazzjoni tiegħek.
    3. Il-persuna in kwistjoni trid tippreżenta l-formola kompluta u d-dokumenti msemmija hawn fuq biex titlob u tikseb iċ-Ċertifikat tal-Kondotta tagħha.

 

  • Persuni li jgħixu barra min Malta
    1. Niżżel u imla l-Formola ta’ Awtorizzazzjoni.
    2. L-applikanti għandhom jippreżentaw kopja tal-passaport tagħhom, li għandha tinkludi kemm il-paġna bijometrika kif ukoll il-paġna opposta flimkien mal-formola ta’ Awtorizzazzjoni.
    3. Kun żgur li l-persuna li qed tawtorizza f’ismek ikollha Dokument ta’ Identità jew passaport validu.
    4. Il-persuna inkwistjoni għandha tippreżenta l-formola mimlija u d-dokumenti msemmija hawn fuq sabiex titlob u tikseb iċ-Ċertifikat tal-Kondotta tagħha.