Għall-applikanti b’indirizz lokali, Formola A tintbagħatlek bil-posta regolari/reġistrata filwaqt li Formola B tintbagħat lura għall-kunsens tat-twassil. Hu mistenni li l-applikant jirċievi ċ-Ċertifikat tal-Kondotta fi żmien ħames-il jum ta’ xogħol. Għal applikanti b’indirizz barrani, Formola A/B tintbagħatlek bil-posta reġistrata. Huwa mistenni li ċ-Ċertifikat tal-Kondotta jiġi pproċessat fi żmien ħames-il jum.