MERĦBA
Id-Dipartiment tal-Ġustizzja twaqqaf lejn l-aħħar tal-2014 permezz tal-Avviż Legali 402.14.
Il-funzjonijiet tad-Dipartiment huma dawk tal-koordinazzjoni, l-appoġġ u l-monitoraġġ ta’ dawk l-oqsma fis-settur tal-ġustizzja li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati iżda li madankollu jappartjenu għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, u b’hekk l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati tkun tista’ tiffoka aktar fuq il-ġestjoni tal-Qorti u l-proċedimenti ġudizzjarji.
AVVIŻ TA’ MANUTENZJONI SKEDATA FUQ IS-SISTEMA TAĊ-ĊERTIFIKATI TAL-KONDOTTA
L-Applikazzjoni Online għaċ-Ċertifikat tal-Kondotta ser tkun temporanjament mhux disponibbli minħabba manutenzjoni skedata tas-sistema
Matual dan il-perjodu, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat tal-kondotta xorta jistgħu jiġu sottomessi personalment billi wieħed iżur id-Dipartiment tal-Ġustizzja, 18, Triq is-Suq, il-Furjana, kif indikat hawn taħt:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: bejn 7:30 – 12:00 u 12:15 – 14:15
Is-Sibt: 08:15 – 12:00
Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent li jista’ jinħoloq u nirringrazzjawkom tal-fehim u l-kooperazzjoni tagħkom.
informazzjoni importanti
Id-Dipartiment tal-Ġustizzja jikkonsisti f’erba’ taqsimiet:
- taqsima tal-affari legali u tal-ġustizzja
- taqsima tas-servizzi tas-sapport
- taqsima tal-informatika u
- uffiċċju tal-kondotti u rekords kriminali