Professjonisti legali mhux Maltin li jixtiequ jipprattikaw il-professjoni legali f’Malta taħt it-titlu tal-pajjiż ta’ oriġini tagħhom

Applikazzjoni għal Reġistrazzjoni tal-Prattika Professjonali Legali f’Malta taħt it-Titolu Professjonali tal-Istat Membru Domestiku.

Aġġornat l-aħħar: 18/09/2024

Professjonisti Legali tal-UE (mhux Maltin) li jixtiequ jipprattikaw il-professjoni legali tagħhom f’Malta jkunu meħtieġa jirreġistraw mal-awtorità kompetenti f’Malta. Tali reġistrazzjoni tintitolahom biex jipprattikaw taħt it-titlu professjonali ta’ pajjiżhom.
Il-persuni jkunu jistgħu jipprattikaw il-professjoni legali tagħhom f’Malta taħt it-titolu tal-pajjiż ta’ oriġinali tagħhom kif muri miċ-Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni rispettiv.

L-applikant irid ikun awtorizzat jeżerċita l-attivitajiet professjonali tiegħu/tagħha taħt xi wieħed mit-titolu professjonali mniżżlin f’:

a) Artikolu 1 tad-Direttiva 98/5/KE;
b) l-Skeda tal-Leġislazzjoni Sussidjarja Maltija 12.17 ‘Regolamenti dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Kwalifiki ta’ Professjoni Legali’.



L-applikanti għandhom jipprovdu dan li ġej:

  • kopja taċ-ċertifikat tat-twelid;
  • kopja taċ-Ċertifikat jew Warrant biex jipprattikaw il-professjoni legali fil-pajjiż tal-UE li fih ikunu rreġistrati li jinkludi t-titolu legali;
  • kopja ta’ dokument ta’ identita’ validu;
  • kopja tal-kwalifiki;
  • dokument li jikkonferma li l-applikant ġie debitament irreġistrat mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-pajjiż ta’ oriġini;
  • “Certificate of Good Standing” mill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta’ oriġini;
  • ċertifikat tal-kondotta (maħruġ mhux aktar kmieni minn xahar (1) mid-data tal-applikazzjoni) mill-awtorità kompetenti f’Malta jew mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju kif applikabbli.

M’hemm l-ebda rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-għarfien ta’ lingwi speċifiċi.

APPLIKA ISSA